Saturday, September 21, 2024

Lazar Samardzic segwit minn Juventus

Aqra wkoll

Juventus jinsabu f’taħditiet ma’ Udinese sabiex jippruvaw jiksbu s-servizzi tal-midfielder offensiv Lazar Samardzic. Dan il-plejer ġie identifikat mid-direttur sportiv Cristiano Giuntoli li qed jarah ideali sabiex ikun is-sostitut ta’ Paul Pogba jew Nicolo Fagioli li jinsabu sospiżi.

Samardzic għandu biss 21 sena, hu ta’ nazzjonalita’ Ġermaniża għalkemm għandu wkoll passaport Serb. Fil-fatt hu għażel li jilgħab ma’ dan it-tim nazzjonali.

Ma’ Udinese lagħab 69 partita u skorja disa’ gowls kemm ilu li ngħaqad magħhom fis-sena 2021.

Sport