Monday, May 13, 2024

Lazio bejn Jack Clarke u Federico Bernardeschi?

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar, Lazio qed ifittxu winger offensiv u d-diriġenti mill-belt kapitali qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jiksbu s-servizzi ta’ Jack Raymond Clarke ta’ Sunderland.

Clarke għandu 23 sena u kiber fl-akkademja ta’ Tottenham Hotspur. Minkejja kollox, Sunderland mhux lesti li jċeduh minħabba li jqisuh bħala fundamentali fit-tim tagħhom.

Huwa għalhekk li i Biancocelesti qed iħarsu lejn profili oħra fosthom Federico Bernardeschi li jixtieq jitlaq lil Toronto FC sabiex imur jilgħab fl-Italja.

Sport