Wednesday, July 24, 2024

F’9 snin 833 persuna spiċċaw il-ħabs minħabba d-droga

Aqra wkoll

Mis-sena 2015 sas-sena li għaddiet kien hemm 833 persuna li spiċċaw fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin minħabba d-droga.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Bernice Bonello.

Il-Ministru Camilleri qal li ma jistax jagħti rendikont tal-aħħar 15-il sena skont kif mitlub mid-Deputata Bonelli minħabba li  r-rekords bdew jinżammu b’mod diġitali mis-sena 2015 ‘il quddiem, nista’ niprovdi n-numru minn dik is-sena ‘il quddiem.

L-aktar sena li fiha daħlu nies il-ħabs minħabba droga kien fl-2017 meta ddaħlu 104 persuna. Is-sena li għaddiet kien hemm 92 persuna li spiċċaw il-ħabs minħabba d-droga filwaqt li s-sena ta’ qabel kien hemm 90 persuna. 

F’dan l-aħħar 9 snin l-inqas persuni li spiċċaw il-ħabs minħabba droga kien fl-2015 meta ddaħlu 80 persuna.

Ekonomija

Sport