Thursday, July 25, 2024

Il-Prinċipessa ta’ Wales toħroġ mill-isptar wara li saritilha operazzjoni f’żaqqha

Aqra wkoll

Catherine, il-Prinċipessa ta’ Wales, ħarġet mill-isptar wara li saritilha operazzjoni f’żaqqha u se tkompli tieħu l-kura li għandha bżonn id-dar tagħha f’Windsor.

Il-prinċipessa ta’ 42 sena, li żewġha huwa l-Prinċep William, kienet ilha kważi ġimagħtejn tingħata l-kura fi sptar privat f’Londra.

Kate u William rringrazzjaw l-istaff tal-isptar u qalu li l-familja tagħhom hija grata għax-xewqat ta’ fejqan ta’ malajr li rċevew minn madwar id-dinja. 

Sigħat biss wara li l-Palazz ta’ Kensington żvela l-aħbar dwar l-operazzjoni tal-Prinċipessa Kate, il-Palazz ta’ Buckingham ħabbar li r-Re Karlu ddaħħal l-isptar għall-kura minħabba prostata mkabbra. 

Huwa mifhum li t-trattament li ngħata r-Re tlesta aktar tard matul il-jum u li l-irkupru tiegħu hu wieħed tajjeb. 

Ekonomija

Sport