Monday, May 13, 2024

League Cup: Liverpool u Chelsea jevitaw lil xulxin fis-semi-finali

Aqra wkoll

Liverpool u Chelsea evitaw lil xulxin fil-poloz tas-semi-finali tal-League hekk kif ir-Reds ittellgħu biex jilagħbu kontra Fulham filwaqt li l-Pensioners se jiffaċċjaw lit-team miċ-Championship, Middlesbroug.

Dawn iż-żewġ semi-finali jintlagħbu fuq żewġ legs bl-ewwel wieħed ikun fil-ġimgħa tat-8 ta’ Jannar. 

Intant, fl-aħħar kwarti-finali, Liverpool iddominaw lil West Ham u għelbuhom bl-iskor ta’ 5-1. 

Wara li huma daħlu jistrieħu b’goal vantaġġ ta’ kanunata minn  Dominik Szoboszlai (28), wara l-mistrieħ Liverpool skorjaw erba’ darbiet oħra minn Curtis Jones (56, 84), Cody Gakpo (71) u Mohamed Salah (82) filwaqt li Jarrod Bowen (77) naqqas il-marġni għall-Hammers b’mod momentarju għal skor ta’ 3-1.

Sport