Liverpool dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 2-1 fl-ewwel leg tas-semi-finali tal-League Cup.
Kienu Fulham li fetħu l-iskor, fid-19-il minuta, meta Willian ikkontrolla tajjeb il-ballun u xeħet fix-xibka.
Iżda r-Reds, li kellhom nieqsa xejn inqas minn 10 players regolari neqsin, kisbu r-rebħa f’temp ta’ żewġ minuti.
Kien Curtis Jones (68) li kiseb id-draw meta x-xutt tiegħu ġie mxellef minn Tosin Adarabioyo u żbilanċja lill-goalkeeper Bernd Leno.
Tliet minuti wara, is-sostitut Cody Gakpo kkonkluda minn assist ta’ Darwin Nunez.
Iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu fit-tieni leg fi Craven Cottage nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Jannar, fejn Liverpool jieħdu magħhom dan il-vantaġġ ristret u jimmiraw li jirbħu dini l-kompetizzjoni għall-10 darba.
Fis-semi-finali il-goal away ma jgħoddx doppju u għaldaqstant jekk Fulham joħorġu rebbieħa b’differenza ta’ goal, il-partita tmur għall-ħin barrani. Jekk f’din in-nofs siegħa jiġi skorjat goal, allura l-goal away jista’ jgħodd doppju.