Wednesday, September 16, 2026
Home Sport AiMS u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal dwar il-ħinijiet ta’ taħriġ għall-atleti li għadhom...

AiMS u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal dwar il-ħinijiet ta’ taħriġ għall-atleti li għadhom jattendu l-iskola obligatorja

0
65

L-Awtorità Maltija għall-Integrità fl-Isport (AiMS), b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal (CFC), tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha favur il-promozzjoni u s-salvagwardja tal-benesseri tal-minuri li jipparteċipaw fl-isport.

F’konformità ma’ dan l-impenn, l-AiMS u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi stqarrja konġunta jirrakkomandaw li, lejlietl kull ġurnata skolastika, l-minuri li jattendu istituzzjonijiet edukattivi obbligatorji jtemmu s-sessjonijiet ta’ taħriġ sportiv tagħhom sal-ħinijiet indikati hawn taħt, skont il-grupp ta’ età tagħhom:

  • Sas-7:00 p.m. għal minuri taħt is-6 snin;
  • Sat-8:00 p.m. għal minuri taħt il-11-il sena; u
  • Sad-9:00 p.m. għal minuri taħt is-16-il sena.

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma maħsuba biex jippromwovu bilanċ xieraq u b’saħħtu bejn il-parteċipazzjoni fl-isport, l-obbligi edukattivi, l-mistrieħ u l-benesseri ġenerali tat-tfal u ż-żgħażagħ.

Permezz ta’ din il-miżura, l-AiMS u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal għandhom l-għan li jrawmu ambjent fejn l-atleti żgħażagħ ikunu jistgħu jkomplu jiżviluppaw u jaspiraw għall-eċċellenza sportiva, filwaqt li jiġi żgurat li l-iżvilupp sħiħ tagħhom u l-aħjar interessi tagħhom jibqgħu dejjem prijorità ewlenija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here