Wednesday, September 16, 2026
Home Sport Bologna jkeċċu lill-coach Domenico Tedesco

Bologna jkeċċu lill-coach Domenico Tedesco

0
44

Bologna temmew uffiċjalment il-kuntratt tal-coach, Domenico Tedesco, wara biss erba’ partiti fis-Serie A fl-istaġun 2026-27. Tedesco ħalla lit-team fis-16-il post b’punt wieħed biss. 

Bologna tilfu 1-0 kontra Lazio, Atalanta u Napoli, filwaqt li l-unika partita li ma tilfithiex kienet draw ta’ 2-2 kontra Sassuolo, fejn skorjaw l-uniċi goals tagħhom tal-istaġun.

Tedesco, li kien ilu responsabbli mit-team ta’  Bologna għal 99 jum biss, sar it-tieni coach li tilef xogħlu kmieni fl-istaġun. Minfloku, Bologna ħatru lil Raffaele Palladino, li fil-passat mexxa lil Monza, lil Fiorentina u lil Atalanta.

Palladino ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jdum sas-sajf tal-2029. Huwa se jmexxi l-ewwel taħriġ tiegħu l-Erbgħa u l-ewwel partita tiegħu se tkun f’darhom kontra Torino qabel il-waqfa internazzjonali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here