Saturday, September 14, 2024

Leandro Trossard se jingħaqad ma’ Al Ittihad?

Aqra wkoll

L-attakkant u winger Belġjan Leandro Trossard qed jinteressa mhux ftit lil Al Ittihad mill-Arabja Sawdija. Dan il-plejer ta’ Arsenal ġie kkuntattjat u qed joffrulu kuntratt li jiswa €35 miljun. Trossard jaf isib lil Karim Benzema li jilgħab mal-istess tim għal dawn l-aħħar snin.

Trossard għandu 29 sena u ilu staġun wieħed biss mal-Gunners fejn fih lagħab 57 partita u skorja 14-il gowl. Fil-passat kien jilgħab ukoll ma’ Genk u Brighton and Hove Albion.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport