Friday, November 15, 2024

LEN Champions League: Ferencvaros fil-finali wara li għelbu lil Novi Begoard bil-penalties

Aqra wkoll

Ferencvaros……… 18

Novi Beograd……. 17

(4-4, 3-2, 5-4, 1-3) (5-4)

(wara l-għoti tal-penalties)

Ferencvaros se jikkontesta il-finali kontra Pro Recco meta fis-semi-finali għelbu lil Novi Beograd 18-17 wara l-għoti tal-penalties.

L-ewwel sessjoni intemmet fi draw ta’ 4-4, bil-goals għal Ferencvaros jaslu minn Sasba Vigvari, Dusan Mandic, Szilard Jansik, u Sy­riakos Agrokopolis.

Min-naħa l-oħra,  Dusko Pjetlovic (2), Radomir Drasovic u Angelos Vlachopoulos wieġbu għal Novi Beograd.

Ferencvaros rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, grazzi għal goals minn Edoardo di Somma u Daniil Merkulov (2) filwaqt li Angelos Vlachopoulos u Nikola Lukic irrispondew għal Novi Beograd.

Ta’ nota huwa l-fatt li f’nofs din is-sessjoni Ange­los Vlachopoulos falla pe­nalty għas-Serbi hekk kif it-tentattiv tiegħu minn distanża ta’ ħames metri stampa mal-wieqfa.

L-Ungeriżi rebħu wkoll it-tielet sessjoni  5-4, bl-iskorers ikunu Dusan Mandic (4), bir-raba’ goal tiegħu ja­sal minn penalty u Syria­kos Agrokoplis. Angelos Vlachopoulos, Marko Radulovic, Dimitros Skumakis u Filip Filipovic irrispondew għas-Serbi.

Fir-raba’ sessjoni, dawn tal-aħħar għamlu rimonta hekk kif rebħuha bl-iskor ta’ 3-1, b’goals minn Angelos Vlachopoulos u Milos Cuk (2) filwaqt li Daniil Merkulov wieġeb għall-Ungeriżi.

U fl-għoti tal-penalties, Ferencvaros ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4.

Ferencvaros: 13-Soma Vogel, 2-Lorinc Gabor, 3-Zoltan Pohl, 4-Daniil Merkulov (4), 5-Nemanja Ubovic, 6-Dusan Mandic (6), 7-Denes Varga (1), 8-Sasba Vigvari (1), 9-Gergo Vekete (1), 10-Syriakos Agrokopolis (3), 11-Szilard Jansik (1), 12-Edoardo Di Somma (1), 1-Balazs Nyiri Coach: Zsolt Varga

Novi Beograd: 1-Lazar Dobozanov, 2-Nikoal Jkiac, 3-Alvaro Granados Ortega, 4-Dusko Pjetlovic (2), 5-Vasilje Martinovic (1), 6-Radomir Drasovic (2), 7-Filip Filipovic, 8-Nikola Lukic (2), 9-Angelos Vlachopoulos (6), 10-Dimitros Skumpakis (1), 11-Nikola Jaksic, 12-Milos Cuk (3), 13-Francseco de Michelis Coach: Zivko Gocic

Referees: David Gomez (Spanja), Koryzna Oplus (Polonja)

Ekonomija

Sport