Thursday, October 17, 2024

Leo Ortiz segwit minn Juventus

Aqra wkoll

Juventus qed ifittxu difensur li jista’ jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ Gleison Bremer li weġġa’ riċentement. Jidher li għajnejn id-diriġenti Juventini marru fuq id-difensur ta’ Flamengo Leo Ortiz. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u f’Marzu li għadda ngħaqad magħhom mingħand Red Bull Bragantino għas-somma ta’ €7 miljun.

Ortiz hu difensur ċentrali u għandu wkoll passaport Taljan u għalhekk jista’ jiġi tesserat minn Juventus f’Jannar li ġej. Minkejja kollox, Flamengo se jkunu qed jitolbu s-somma ta’ €30 miljun minħabba l-klawsola li għandu fil-kuntrat.

Fil-passat, Napoli wkoll kienu qed isegwu lil dan id-difensur ta’ talent.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport