Wednesday, July 24, 2024

Leon Azzopardi jirbaħ l-aħħar tournament ta’ kwalifikazzjoni tal-Blackball

Aqra wkoll

Leon Azzopardi rebaħ l-aħħar tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet tal-blackball meta fil-finali tal-irġiel għeleb lil Clayton Castaldi 10-3.

Azzopardi kien ferm konsistenti tul il-logħba kollha b’Castaldi li ftit seta’ jagħmel kontra l-preċiżjoni tal-avversarju tiegħu.

Fil-finali ta’ taħt it-18-il sena, Denzel Falzon għeleb lil Steven Muscat 9-7 filwaqt li f’dik ta’ taħt it-23 sena, Matthias Debono kien aħjar minn Casdy Vella tant li rebaħlu 9-3.

Fl-aħħar żewġ finali tal-ġurnata riservati għall-plejers ta’ esperjenza, Joseph Tabone għeleb lil Chris Galea 10-4 fil-finali ta’ ‘l fuq minn 40 sena filwaqt li Johan Grixti kiseb suċċess fil-kategorija 50+ wara rebħa ta’ 10-7 kontra Joe Camilleri.

B’kollox saru tmien tournaments ta’ kwalifikazzjoni li minnhom intgħażel uffiċjalment it-tim nazzjonali Malti li se jikkompeti fit-Tazza tan-Nazzjonijiet 2024 li se ssir fil-belt Ingliża ta’ Bridlington fit-tielet ġimgħa ta’ Marzu.

Ekonomija

Sport