Id-diriġenti ta’ Bayer Leverkusen jinsabu f’taħditiet mar-rappreżentant ta’ Florian Wirtz sabiex iġedded il-kuntratt li għandu. Fil-preżent, il-ftehim li għandu jiskadi f’Ġunju 2027 iżda d-diriġenti taċ-champions Ġermaniżi jridu jerġgħu jġedduh.
Fi stqarrija, Bayer Leverkusen qalu li għandhom fiduċja kbira fil-potenzjal ta’ Wirtz u huwa għalhekk li se jippruvaw imorru għalih. Hu għandu 21 sena u ilu mat-tim ta’ Xabi Alonso sa mis-sena 2020.