Wednesday, September 18, 2024

Lewandowski jgħaqqad il-mitt logħba ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-attakkant internazzjonali Pollakk Robert Lewandowski lagħab il-mitt logħba tiegħu ma’ Barcelona fil-logħba li huma kellhom kontra Girona u li rebħu 4-1. B’xorti ħażina hu ma kienx fost l-iskorers għalkemm il-plejers sħabu u partitarji Katalani kellhom ċapċipa kbira għal dan il-plejer li qed jibda t-tielet staġun tiegħu f’La Liga Spanjola.

B’kollox, Lewandowski skorja 63 gowl bil-flokk ta’ Barcelona u sar it-tielet plejer li ċċelebra ċ-ċentinarju mal-klabb li skorja gowls wara Luis Suarez (88 gowl) u Samuel Eto’o (63 gowl).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport