Skont xi gazzetti Spanjoli, Barcelona huma lesti li jneħħu ż-żewġ attakkanti tagħhom Robert Lewandowski u Raphinha sabiex idaħħlu aktar flus minħabba l-problemi finanzjarji tagħhom.
L-istess ġurnali qed jgħidu li l-uniku plejer li se jibqa’ mid-dipartiment offensiv hu Lamine Yamal li għadu żagħżugħ promettenti.
Il-kowċ Xavi, li kkonferma li biddel id-deċiżjoni tiegħu u se jibqa’ mal-Katalani qed jitkellem mad-diriġenti sabiex jagħżlu attakkanti oħra.