Thursday, March 28, 2024

Lewis Hamilton l-aktar veloċi fl-ewwel sessjoni ta’ prattika fl-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Lewis Hamilton qabeż lir-rivali tat-titlu Max Verstappen tar-Red Bull b’marġni żgħira fl-ewwel sessjoni ta’ prattika tal-Grand Prix tal-Arabja Sawdija.

Is-sewwieq tal-Mercedes spiċċa 0.056 sekondi biss qabel Verstappen wara l-ewwel ġirja fuq iċ-ċirkwit il-ġdid ta’ Jeddah Corniche b’mod spettakolari.

Sieħeb Hamilton fuq Mercedes, Valtteri Bottas, kien 0.223sec ‘il bogħod minn hamilton, u ddikjara ċ-ċirkwit bħala “mill-isbaħ”.

Verstappen għandu vantaġġ ta’ tmien punti fuq Hamilton meta għad fadal żewġ tiġrijiet.

Fil-kuntest tat-tamiet tat-titlu ta’ kull sewwieq, huwa aktar importanti li Hamilton jirbaħ fl-Arabja Sawdija milli Verstappen.

Jekk Verstappen jegħleb lil Hamilton, is-sewwieq tal-Mercedes ikollu bżonn li l-Olandiż ma jirbaħx l-aħħar tellieqa f’Abu Dhabi, filwaqt li Verstappen jiflaħ li jispiċċa t-tieni wara Hamilton f’Jeddah u xorta jkun xi ftit jew wisq indaqs fil-punti.

Alpha Tauri ta’ Pierre Gasly kienu r-raba’ l-iktar veloċi, qabel l-Alfa Romeo ta’ Antonio Giovinazzi, il-Ferrari ta’ Carlos Sainz u Charles Leclerc, Daniel Ricciardo tal-McLaren, Fernando Alonso ta’ Alpine u l-Aston Martin ta’ Sebastian Vettel.

Is-sessjoni kienet mingħajr inċidenti, forsi sorpriża minħabba li l-korsa hija tant veloċi u hemm żona ta’ ħruġ limitata, iżda s-sewwieqa kienu qed isibu triqithom bejn il-ħitan u jimminimizzaw ir-riskju.

It-tieni sessjoni, se tibda fil-5.00pm ħin loklai u se ssir taħt id-dwal artifiċjali wara li jkun dieħel il-lejl fl-Arabja Sawdija.

Ekonomija

Sport