Thursday, March 28, 2024

Raġel arrestat wara li pprova jdaħħal sikkina fil-post fejn il-Papa kien qiegħed jikkonċelebra quddiesa

Aqra wkoll

Il-pulizija Ċiprijotta arrestaw raġel li kien qiegħed iġorr sikkina u dan hekk kif huwa pprova jidħol fl-istadium fejn il-Papa Franġisku kien qiegħed jikkonċelebra l-quddiesa fiż-żjara tiegħu fil-kapitali Nikosija. 

Uffiċjal tas-sigurtà li tkellem b’mod unanimu mal-midja qal li jidher li s-sikkina li kellu fuqu kienet “għal użu personali” u ma kellha l-ebda konnessjoni mal-preżenza tal-Papa f’Ċipru.

Hu mifhum li dan ir-raġel huwa min-Niġerja u għandu 43 sena. Fil-preżent dan ir-raġel qiegħed jiġi interrogat. Il-Papa Franġisku jinsab fi żjara ta’ tlett ijiem ġewwa Ċipru.

Ekonomija

Sport