Sunday, May 5, 2024

Li tkun parti minn Puttinu Cares kienet esperjenza li biddlitilha ħajjitha 

Aqra wkoll

“Li nkun parti minn Puttinu kienet esperjenza ta’ bidla fil-ħajja għalija. Hija aktar minn sempliċi organizzazzjoni. Hija t-tieni familja fejn iltqajt ma’ nies inkredibbli, u ħoloq rabtiet li jibqgħu miegħi għal dejjem”. Dan iddikjaratu tfajla li qasmet il-messaġġ tagħha fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares. 

Fl-istess messaġġ, ingħad li fl-2022, saret taf li għandha l-kundizzjoni magħrufa bħala ‘aplastic anemia’ u li fl-istess perjodu Puttinu Cares għamel kuntatt magħha u mal-famljari tagħha peress li kellha bżonn tivjaġġa lejn ir-Renju Unit għal kura. Spejgat kif meta rċeviet t-telefonata, Puttinu kien irranġa kollox, tant li pprovdielhom flat mill-isbaħ. 

Il-messaġġ intemm hekk; “F’mumenti ta’ biki u ta’ daħk, Puttinu pprovidlna komunità ta’ appoġġ fejn naqsmu mhux biss il-ġlidiet ta’ saħħitna, iżda wkoll mumenti sbieħ! Jien ninsab grata għal fatt li Puttinu dejjem ikun preżenti fil-ħajja tal-pazjenti u l-familji tagħhom.

Sport