Tuesday, May 14, 2024

Libjan mixli b’serq minn diversi vetturi jitlob għall-għajnuna minħabba l-vizzju tad-droga

Aqra wkoll

Libjan ta’ 43 sena li jgħix Malta nżamm arrestat wara li ġie akkużat li matul ix-xahar t’Awwissu u sa nofs Settembru wettaq serq minn diversi vetturi.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li fl-aħħar ġimgħat il-Pulizija innutat li żdied is-serq minn diversi vetturi.

Mill-filmati li ġabret il-Pulizija l-akkużat Kalen Ben Gamhur kien jidher iwettaq ir-reati. Il-prosekuzzjoni spjegat ukoll li ġew rilevati marki tas-swaba’ tiegħu.

Il-Libjan ġie arrestat ilbieraħ bil-Prosekuzzjoni fil-qorti tgħid li għandu dipendenza fuq l-eroina.

L-akkużat talab li jitkellem fl-awla fejn meta mogħti ċ-ċans qal li diġà skonta sentenza ta’ ħabs u li matulha kien ilu jitlob l-awtoritajiet biex jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni. Madanakollu huwa qal li ma ngħatax iċ-ċans jagħmel dan.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras min-naħa tagħha ordnat li Kalen Ben Gamhur jinżamm arrestat u ordnat li jitqiegħed taħt ordni temporanja ta’ superviżjoni minħabba d-dipendenza tiegħu fuq id-droga.

Sport