Saturday, July 18, 2026
Home Internazzjonali Libsa milbusa minn Amy Winehouse mibjugħa għal aktar minn €200,000

Libsa milbusa minn Amy Winehouse mibjugħa għal aktar minn €200,000

0
845

Il-libsa li ntlibset mill-artista Amy Winehouse waqt l-aħħar esebizzjoni tagħha fuq palk inbigħet għal aktar minn €200,000 waqt irkant.

Il-kantanta u kantawtriċi libset din il-libsa f’Belgrade lura fl-2011, xahar qabel il-mewt tagħha fl-età ta’ 27 sena. Huwa stmat li dan il-prezz huwa 16-il darba aktar mill-istima tal-prezz oriġinali tal-libsa.

Waqt dan l-irkant kienu mibjugħin madwar 800 oġġett mill-post tagħha u l-valur totali tagħhom kien iqarreb it-€3.5 miljun.

Dawn il-flus se jkunu qegħdin imorru b’risq il-fondazzjoni li l-ġenituri tagħha kienu nedew bil-għan li jgħinu żgħażagħ li qed jissieltu l-vizzji.