Thursday, April 25, 2024

“Lil min qegħdin tfittxu?”- L-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira

Aqra wkoll

Il-messaġġ tal-Arċisqof f’nhar il-Ġimgħa l-Kbira hu sabiex nirriflettu fuq il-mistoqsija li Ġesù għamel lil min mar jarrestah fil-Ġetsemani: “Lil min qegħdin tfittxu?”.

B’din il-mistoqsija, fi kliem l-Arċisqof, Ġesù ried isaqsi lilna wkoll illum, ‘Għalikom jien min jien? X’inhu dak li jiġbidkom lejja?’ Hekk kif fl-Evanġelju skont San Ġwann, Ġesu jippreżenta lilu nnifsu bħala x-xhud tal-verità, “Nitolbu biex Hu jkun ix-xhieda tal-verità f’ħajjitna, biex naċċettawh bħala s-sultan tagħna: is-sultan tal-imħabba u l-kompassjoni” qal Mons. Arċisqof.

L‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej bl-adorazzjoni tas-salib immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna saret illum waranofsinhar fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. 

Il-funzjoni tal-lum ma bdietx bir‑radd tas‑salib u lanqas tintemm bil‑barka taċ‑ċelebrant. Għalkemm bħal-lum il-Knisja tiċċaħħad miċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, il-Kattoliċi xorta jistgħu jitqarbnu bl-ostji kkonsagrati li jkun fadal miċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix‑Xirka filgħaxija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport