Wednesday, July 24, 2024

Lionel Messi huwa l-Atleta tas-sena tat-Time Maganzine

Aqra wkoll

L-attakkant tal-Arġentina u Inter Mia­mi, Lionel Messi, ġie magħżul l-Atleta tas-Sena tar-rivista ferm ikkwotata Time Magazine.

Messi ngħaqad ma’ Miami f’Lulju u skorja 11-il goal f’14-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha biex jgħinhom jerfgħu l-Leagues Cup, l-ewwel trofew tagħhom.

Il-player ta’ 36 sena rebaħ ukoll il-Ballun tad-Deheb għat-tmien darba f’Ottubru.

“Lionel Messi din is-sena rnexxielu jagħmel dak li darba kien deher impossibbli, meta ffirma ma’ Inter Miami: ibiddel l-Istati Uniti f’pajjiż tal-football,” qal it-Time.

Il-magazin qal li l-wasla ta’ Messi wasslet għal żieda qawwija fl-attendenzi, fil-prezzijiet tal-biljetti, fil-bejgħ tal-merkanzija u fit-telespettaturi tal-logħob tal-MLS.

L-attakkant jingħaqad mal-ġinnasta Simone Biles, l-għawwiem Michael Phelps u s-superstilla tal-NBA, LeBron James, fir- rebħ tal-premju.

Wara li telaq lil Paris St-Germain fi        tmiem il-kuntratt tiegħu, Messi qal li l-pre­ferenza tiegħu kienet ritorn emozzjonali lejn il-club ta’ tfulitu Barcelona, iżda dik il-mossa qatt ma seħħet.

Imbagħad niżlet għal Miami jew ċaqliq lejn il-Saudi Pro League, li nvestiet ħafna f’talent barrani matul l-aħħar żewġ staġuni.

“L-ewwel għażla tiegħi kienet li nirritorna ma’ Barcelona, iżda ma kienx possibbli,” qal lil Time. “Ippruvajt nirritorna, u ma seħħ xejn.

“Huwa minnu wkoll li wara kont qed naħseb ħafna biex immur fil-kampjonat Sawdi, fejn naf il-pajjiż u ħolqu kompetizzjoni qawwija ħafna li tista’ ssir kampjonat importanti fil-futur qrib.

“Kien l-Arabja Sawdija jew l-MLS, u ż-żewġ għażliet dehru interessanti ħafna għalija.

“Iżda finalment għażilt li mmur nilgħab fil-kampjonat tal-Istati Uniti u xejn ma qed jiddispjaċini.”

Fil-karriera tiegħu, Messi rebaħ kollox li joffri l-football fuq livell ta’ clubs u dak internazzjonali … bl-aktar tnejn importanti jkunu r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja 2022 kif ukoll rebbieħ għal seba’ darbiet tal-Ballun tad-Deheb. 

Ekonomija

Sport