Sunday, May 5, 2024

Lionel Messi mistenni jilgħab kontra Manchester City

Aqra wkoll

Lionel Messi huwa mistenni li jkun tajjeb għall-konfront taċ-Champions League ta’ Paris Saint-Germain kontra Manchester City nhar it-Tlieta.

Il-player ta’ 34 sena weġġa’ l-irkoppa kontra Lyon aktar kmieni dan ix-xahar u minn dakinhar tilef ir-rebħiet kontra Metz u Montpellier HSC fil-Ligue 1.

Kien hemm il-biża’ li Messi seta’ ġie mwarrab għal numru ta’ ġimgħat minħabab din l-injury, iżda PSG mistennija jingħataw spinta kbira fl-attakk qabel il-partita kontra Man City.

Meta tkellem mal-istampa, il-manager Mauricio Pochettino kien ottimist dwar iċ-ċansijiet ta’ Messi li jkun disponibbli, u qal: “Huwa reġa’ beda jitħarreġ. Nisperaw li l-irkupru tiegħu ikun kif qed nittamaw.”

“Hemm xi ċans li narawh jilgħab kontra Manchester City? Iva, nittamaw. Irridu noqogħdu attenti.”

Les Parisiens se jkunu mingħajr is-sospiż Angel Di Maria kontra Man City, madankollu, filwaqt li Marco Verratti u Sergio Ramos it-tnejn qed jirkupraw minn injuries.

Sport