Thursday, December 19, 2024

Liverpool fil-finali tal-League Cup

Aqra wkoll

Liverpool ikkwalifikaw għall-ewwel finali f’Wembley wara sitt snin hekk kif b’doppjetta ta’  Diogo Jota huma għelbu lil Arsenal bl-iskor ta’ 2-0 fit-tieni leg tas-semi-finali tal-League Cup biex issa se jiltaqgħu kontra Chelsea fil-finali. 

Jota, flimkien ma’ Roberto Firmino, qed jimlew il-vojt li ħallew Mohamed Salah u Sadio Mane  li bħalissa qed jilagħbu fit-Tazza tan-Nazzonijiet Afrikani mal-Eġittu u mas-Senegal rispettivament. 

Arsenal bdew b’mod impressjonanti meta minn freekick Alexandre Lacazette ġie mċaħħad mill-mimduda iżda Liverpool skorjaw wara 19 minuta meta Jota għeleb żewġ difensuri u b’xutt fil-baxx għeleb lill-goalkeeper Aaron Ramsdale.

Lacazette falla l-aqwa ċans ta’ Arsenal wara l-mistrieħ, meta mill-viċin falla kompletament il-mira. Iżda Liverpool ukoll kellhom iċ-ċansijiet tagħhom fejn anke setgħu għalqu l-logħba. 

Madankollu, fis-77 minuta Jota  ssiġilla r-rebħa meta mill-pass fit-tul ta’ Trent Alexander-Arnold huwa għeleb in-nasba tal-offside u llobja minn fuq Ramsdale … u għalkemm il-players ta’ Arsenal ipprotestaw għal offside, il-VAR wera li kien goal leġittimu.

Ekonomija

Sport