Friday, April 26, 2024

Liverpool iħejju offerta ta’ €80m għal Rodrygo?

Aqra wkoll

Liverpool qed iħejju offerta ta’ €80m għal Rodrygo ta’ Real Madrid, wara li identifikaw lill-attakkant bħala ‘l-aqwa mira’ matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena kien regolari għal-Los Blancos matul l-istaġun 2021-22, u għamel 19-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja żewġ goals u pprovda tliet assists fil-proċess.

L-internazzjonali tal-Brażil għad fadallu tliet snin u nofs fil-kuntratt tiegħu fil- Bernabeu, iżda Liverpool identifikawh bħala l-mira ewlenija tat-trasferiment.

Il-ġganti ta’ Merseyside kellhom offerta ta’ €60m għall-attakkant miċħuda matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Madankollu, ir-Reds huma allegatament lesti li jħallsu €80m biex iġibuh f’Anfield fil-bidu tal-2022, hekk kif il-manager tal-clbb Ingliż Jurgen Klopp qed jimmira lejn rinforzi fl-attakk.

Rodrygo skorja 11-il goal u rreġistra 14-il assist fi 78 dehra għal Real Madrid minn meta ngħaqad magħhom mingħand Santos f’Lulju 2019.

Sport