Tuesday, May 14, 2024

Liverpool jiftħu beraħ l-isfida tar-rebħ tal-Premier League Ingliż?

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, il-leaders Arsenal fallew żewġ punti mill-aktar importanti meta marru għand Liverpool u spiċċaw fi draw ta’ 2-2 liema skor seta’ faċilment kien favur ir-Reds meta fallew penalty kif ukoll bosta ċansijiet ta’ skor. 

Bla dubju, Manchester City kienu l-aktar li ħadu gost b’dan ir-riżultat hekk kif id-distakk naqas għal sitt punti. 

Is-Citizens iridu jir­kup­raw partita u proprju fis-26 ta’ April huwa jospitaw lill-istess Arsenal. 

B’hekk wieħed jista’ jgħid lil Liverpool fetħu t-taqtiegħa għall-kampjonat li se tibqa’ inċerta sal-aħħar.

Arsenal fetħu l-iskor fit-tmien minuta minn Gabriel Martinelli li approfitta minn żball kardinali ta’ Virgil van Dijk. 

Fit-28 minuta, huma rduppjaw meta mill-cross ta’ Martinelli, Gabriel Jesus daħal bejn Andy Robertson u van Dijk u bir-ras ma żbaljax. 

Iżda, fit-42 Mohamed Sa­lah naqqas il-marġni tal-iskor peró fl-54 minuta seta’ għamel aħjar meta ngħataw penalty iż­da l-attakkant Eġiz­zjan xeħet barra. 

Madankollu, tliet minuti mit-tmiem Liverpool kisbu d-draw minn daqqa ta’ ras ta’ Roberto Firmino.  

Il-goalkeeper ta’ Arsenal, Aaron Ramsdale, kien pro­vi­denzjali meta evita goals ċerti fuq Darwin Nunez, Salah u Ibrahima Konate.

Fl-aħħar azzjoni tal-partita, Liverpool ġew imċaħħda minn dak li deher penalty ċar meta Salah ġie miżmum fil-kaxxa b’mod irregolari minn Gabriel Magalhaes.

Leeds v C. Palace – Cry­stal Palace għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni meta barra minn darhom għelbu lil Leeds United bl-iskor kbir ta’ 5-1 biex dawn tal-aħħar baqgħu fil-periklu li jitilfu posthom mal-kbar hekk kif jinsabu żewġ punti biss fuq iż-żona tar-relegazzjoni. 

B’din ir-rebħa, il-Palace telgħu fit-12-il post, b’sitt punti fuq iż-żona l-ħamra meta fadal tmien partiti għat-tmiem. 

Kien Patrick Bamford (21) li fetaħ l-iskor għall-Peacocks b’daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner. 

Iżda l-Palace kisbu d- draw fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima minn Marc Gue­hi mill-cross ta’ Sclhupp. 

Fit-tieni taqsima, il-Palace skorjaw erba’ goals mingħajr risposta. 

Il-goals waslu minn doppjetta ta’ Jordan Ayew (53, 77), Eberechi Eze (55) u Odsonne Edouard (69). 

Sport