Friday, September 4, 2026
Home Sport Liverpool jilħqu ftehim ma’ Lamine Camara għal Jannar li ġej

Liverpool jilħqu ftehim ma’ Lamine Camara għal Jannar li ġej

0
52

Liverpool jistgħu jkunu attivi fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar wara sajf diżappuntanti, fejn it-team seta’ baqa’ b’nuqqas ta’ għażliet. 

Wieħed mill-players li qed jiġi msemmi magħhom huwa Lamine Camara ta’ AS Monaco, wara li trasferiment possibbli ma’ Chelsea falla fl-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti. 

Rapporti jsostnu li Camara diġà qabel fuq termini personali ma’ Liverpool u li l-club m’għandux problemi biex jilħaq ftehim ma’ Monaco. 

Liverpool qed jaħsbu wkoll fil-futur u kkonfermaw il-firma tal-attakkant żagħżugħ Djylian N’Guessan mingħand Saint-Etienne. 

Il-club se jħallas €5 miljun bħala tariffa fissa, u N’Guessan se jingħaqad uffiċjalment f’Jannar qabel ma jibqa’ misluf ma’ Stade Brestois għall-bqija tal-istaġun. 

Sadanittant, Ifeanyi Ndukwe, ta’ 18-il sena, ukoll ingħaqad ma’ Liverpool u ġie misluf lil Levante.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here