Liverpool qed jippjanaw li jagħmlu offerta għal tliet players fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar biex ikopru n-nuqqas ta’ Mohamed Salah u Sadio Mane.
Ir-Reds se jibqgħu mingħajr dawn iż-żewġ attakkanti ewlenin għal sitt ġimgħat mill-aħħar ta’ Diċembru minħabba l-impenji tagħhom fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika.
Il-midfielder Naby Keita se jieħu sehem ukoll fit-tournament, u jħalli lill-kontestanti għat-titlu tal-Premier League mhux daqshekk moqdija fi ftit pożizzjonijiet differenti matul żmien impenjattiv fl-istaġun.
Huwa mifhum li Liverpool qed ifasslu offerti għal numru ta’ players, bil-winger ta’ Villarreal Arnaut Danjuma fost dawk li jkunu fil-mira.
Minbarra li jrid isolvi l-problema tal-attakk, qed jingħad li t-team ta’ Jurgen Klopp qed ifittex ukoll li jiffirma lil Marcelo Brozovic mingħand Inter biex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ Keita.
Id-difensur Brażiljan Bremer, li impressjona fis-Serie A għal Torino, huwa player ieħor li jingħad li jinsab fuq il-lista tax-xewqat ta’ Klopp għat-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.