Skont ma qed jirrappurtaw diversi ġurnali Ingliżi u Ġermaniżi, Liverpool m’għadhomx interessati li jiksbu s-servizzi tal-winger internazzjonali Leroy Sane. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u għadu ma ffirmax ftehim ġdid ma’ Bayern Munich. Hemm min qed jgħid li hu ftit fadallu fl-Allianz Arena hekk kif qed ifittex avventuri ġodda.
Min-naħa tagħhom, Liverpool donnhom se jmorru għal alternattivi oħra.
Sane ilu ma’ Bayern Munich sa mis-sena 2020 fejn lagħab 133 logħba u skorja 31 gowl.