Liverpool qed iħejju biex jidħlu f’taqtiegħa ma’ Chelsea għall-firma tal-midfielder ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena kien f’forma impressjonanti għall-club tiegħu tal-Ligue 1 matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja darbtejn fi 28 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, filwaqt li issa huwa wkoll player ewlieni għal Franza.
Chelsea għadhom marbutin b’mod qawwi mal-midfielder, bil-Blues jingħad li qed imexxu ‘in-depth scouting’ fuq l-ex żagħżugħ ta’ Bordeaux.
Madankollu, Liverpool huma interessati wkoll f’Tchouameni, li fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu mal-club tiegħu tal-Ligue 1.
Ir-Reds iqisu lill-midfielder bħala l-firma ideali fost l-inċertezza dwar il-futur ta’ James Milner, Alex Oxlade-Chamberlain u Naby Keita.
Tchouameni, li qabel kien ukoll marbut ma’ Manchester United, skorja ħames goals u rreġistra erba’ assists fi 73 dehra għal Monaco fil-kompetizzjonijiet kollha.