Saturday, December 21, 2024

ll-Ħamas jgħid li l-progress fil-waqfien mill-ġlied f’Gaża huwa “illużjoni”

Aqra wkoll

Il-Ħamas iddeskriva s-suġġerimenti ta’ progress dwar ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u Gaża bħala “illużjoni” wara li l-President Amerikan Joe Biden wera ruħu ottimist li jkun hemm ftehim.

Wara jumejn ta’ taħditiet appoġġjati mill-Istati Uniti fil-Qatar, il-President Biden qal li “ninsabu eqreb milli qatt konna.”

Matul il-jum tas-Sibt, l-uffiċċju tal-Prim Ministru Iżraeljan qal li n-negozjaturi Iżraeljani esprimew “ottimiżmu kawt” dwar il-mixja lejn ftehim. Madanakollu, uffiċjal għoli tal-Ħamas ġie kkwotat jgħid li ma kien hemm l-ebda progress u l-medjaturi kienu qed “ibigħu l-illużjonijiet.”

Il-militar ta’ Iżrael kien beda bl-attakki tiegħu f’Gaża fis-7 t’Ottubru li għadda b’reazzjoni għall-attakk tal-Ħamas fin-nofsinhar ta’ Iżrael li fih inqatlu madwar 1,200 persuna u ttieħdu 251 oħra bħala ostaġġi.

Sadanittant, il-Ministeru tas-Saħħa mmexxi mill-Ħamas f’Gaża qal li aktar minn 40,000 persuna nqatlu f’din il-belt mill-bidu ta’ dan il-kunflitt. Ftehim f’Novembru li għadda wassal biex il-Ħamas jeħilsu 105 ostaġġi, ikun hemm waqfien mill-ġlied ta’ ġimgħa u jinħelsu madwar 240 priġunier Palestinjan fil-ħabsijiet ta’ Iżrael.

L-Iżrael jgħid li għadhom qed jinżammu 111-il persuna bħala ostaġġ, b’39 minnhom huma preżunti mejta.

Fi stqarrija konġunta riċenti, l-Istati Uniti, il-Qatar u l-Eġittu ddikjaraw li ppreżentaw proposta għal ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u ħelsien tal-ostaġġi li “jnaqqas il-lakuni” bejn Iżrael u l-Ħamas.

Ekonomija

Sport