Wednesday, September 30, 2026
Home Internazzjonali Migranti jużaw rotot itwal u perikolużi biex jaqsmu l-Kanal Ingliż

Migranti jużaw rotot itwal u perikolużi biex jaqsmu l-Kanal Ingliż

0
54

Numru dejjem jikber ta’ migranti qed jippruvaw jaqsmu l-Kanal Ingliż fuq dgħajjes żgħar billi jużaw rotot itwal minn bajjiet aktar fin-nofsinhar u fil-punent ta’ Calais u Dunkirk. Il-ġimgħa li għaddiet dgħajsa minnhom telqet min-Normandija u qattgħet aktar minn 30 siegħa fuq il-baħar, qabel ma ġiet interċettata u meħuda lejn Dover mill-Forza tal-Fruntiera.

Għalkemm it-tentattivi min-Normandija kienu rari, l-awtoritajiet fil-pajjiż ġar ta’ Seine-Maritime jgħidu li diġà kien hemm 58 attentat din is-sena, li turi żieda mit-30 tas-sena l-oħra.

Il-gvern jgħid li l-qsim perikoluż b’dgħajjes żgħar, juru tnaqqis qawwi fil-wasliet din is-sena. Minkejja tnaqqis fl-għadd totali ta’ qsim tal-baħar, iż-żona tal-kosta użata għall-kuntrabandu tidher li qed tikber.

Aktar kmieni dan ix-xahar, dgħajsa oħra bil-migranti ġiet interċettata minn dgħajjes tas-salvataġġ mill-Isle of Wight, wara li kienet telqet miż-żona ta’ Cherbourg fi Franza.

Dawn il-postijiet jinsabu kważi 80 mil ‘il bogħod mill-bajjiet fejn għadd kbir ta’ dgħajjes żgħar qasmu l-baħar f’dawn l-aħħar snin. Dan ifisser li dawk abbord qattgħu aktar ħin fuq il-baħar.

Skont ir-rappreżentanta tal-gvern lokali f’Seine-Maritime, in-numru ta’ tentattivi biex jaqsmu il-Kanal żdied, u dawn qed iseħħu dejjem aktar ’il bogħod mit-tramuntana ta’ Franza. Zdied ukoll in-numru ta’ uffiċjali tal-ġendarmerija li jgħassu l-kosta fiż-żona ta’ Dieppe u lil hinn minnha, kważi sal-inħawi ta’ Le Havre. 

Intant, xi traffikanti kien għadhom qed jippruvaw jużaw il-vapuri tal-passiġġieri (ferries) lejn Newhaven f’Sussex. Fil-fatt, l-awtoritajiet qed jinterċettawhom u qed iressquhom quddiem il-ġustizzja wkoll. 

Dr Peter Walsh, riċerkatur ewlieni fl-Osservatorju tal-Migrazzjoni fl-Università ta’ Oxford, jgħid li huwa ferm probabbli li r-rotot il-ġodda huma dovuti għall-fatt li l-pulizija qed tfixkel it-tluq tad-dgħajjes mit-tramuntana ta’ Franza.

S’issa din is-sena, 19,135 persuna qasmu l-Kanal Ingliż meta mqabbel ma’ 32,188 fl-istess perjodu tal-2025. Madankollu, il-Ministru tal-Intern tar-Renju Unit ordnat reviżjoni l-ġimgħa li għaddiet wara li żewġ dgħajjes tal-migranti waslu mal-kosta ta’ Kent mingħajr ma ġew interċettati.

Skont iċ-ċifri tal-istess Ministeru tal-Intern, nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa l-oħra, waslu total ta’ 781 migrant fuq 10 dgħajjes żgħar; dan kien l-ogħla numru rreġistrat f’ġurnata waħda din is-sena.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here