Sunday, December 22, 2024

Lorenzo Insigne jkollu xi jgħid ma’ partitarju

Aqra wkoll

Dan hu mument delikat għal Toronto FC hekk kif wara t-telfa kontra l-leaders tal-Major League Soccer Amerikana Cincinnati, hemm rabja kbira fost il-partitarji tat-tim.

F’inċident partikolari, l-eks plejer ta’ Napoli Lorenzo Insigne kellu xi jgħid bl-ikrah ma’ wieħed mill-partitarji tal-klabb. Fil-fatt Insigne ftit qed ikun effettiv mal-klabb Kanadiż b’xi partitarji li fuq il-midja soċjali kitbulu biex imur lura fis-serie A.

Toronto FC jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika tal-MLS u sofrew is-17-il telfa staġjonali.

Ekonomija

Sport