Friday, November 22, 2024

Lottatura Indjana skwalifikata

Aqra wkoll

Il-lottatura Indjana, Vi­nesh Phogat, ġiet skwali­fikata mill-finali tal-lotta tal-50kg fl-Olimpjadi ta’ Pa­riġi wara li naqset li żżid il-piż għall-finali bil-konsegwenza li effettwat ir-rizultati l-oħra. 

Phogat għelbet lill-Kubana, Yusneylis Guzman Lopez, fis-semi-finali nhar it-Tlieta, iżda l-iskwalifika tagħha reġgħet tat iċ-ċans lil Lopez biex tirbaħ il-midalja tad-deheb. 

Phogat kienet bdiet fuq nota pożittiva f’dawn l-   Olimpjadi hekk kif għelbet lill-Ġappuniża, Yui Susaki, li rebħet il-Kampjonat tad-Dinja erba’ darbiet kif ukoll hija ċ-champion renjanti Olimpika.  

Eventwalment hija reb­ħet l-ewwel tliet logħbiet tagħha biex kisbet post fil- finali.

Iżda dan qatt ma kien se jiġri minħabba li ġiet skwalifikata minħabba li kienet erba’ grammi eħfef mill-kriterji li titlob din il-ka­tegorija. 

Il-kontinġent Indjan ip­­­prova jikkontesta din id-de­ċiżjoni billi appella iżda l-kumitat organizzattiv ba­qa’ jsostni d-deċiżjoni ori­ġinali. 

B’hekk, fil-finali Guzman Lopez iltaqgħet kontra l-Amerikana, Sarah Ann Hildebrandt liema kon­front sar tard ilbieraħ filgħaxija.  

Min-naħa l-oħra, il-midalja tal-bronż kie­­net ikkontestata bejn iċ-Ċiniża Ziqi Feng u Otgonjargal Dolgorjav tal-Mon­golja.

Ta’ min jgħid ukoll li Phogat hija magħrufa għall-kampanja kontinwa  kontra l-fastidju sesswali.  

Sport