Il-coach tat-team nazzjonali tal-Italja, Luciano Spalletti, sejjaħ skwadra ta’ 29 player għall-aħħar żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024 kontra l- Maċedonja ta’ Fuq u l-Ukrajna l-ġimgħa d-dieħla.
Spalletti ta l-ewwel sejħiet lil żewġ players, jiġifieri, lid-difensur xellugi ta’ Juventus, Andrea Cambiaso, u lill-midfielder ta’ Monza, Andera Colpani.
Sandro Tonali ma kienx disponibbli għall-Azzurri mill-konferma tas-sospensjoni tiegħu ta’ 10 xhur. Huwa ġie sostitwit minn Colpani u Jorginho ta’ Arsenal.
L-Italja se tilgħab lill-Maċedonja ta’ Fuq nhar il-Ġimgħa li ġej, 17 tax-xahar fi Stadio Olimpico, qabel ma tivvjaġġa lejn il-Ġermanja biex tiffaċċja lill-Ukrajna fil-Bay Arena ta’ Bayer Leverkusen it-Tnejn ta’ wara.
Iż-żewġ timijiet l-oħra fil-grupp huma l-Ingilterra u Malta li se jkunu fl-azzjoni kontra xulxin fis-17 tax-xahar f’Wembley Stadium.
Bħalissa l-Italja tinsab fit-tielet post fi Grupp Ċ, tliet punti taħt l-Ukrajna, iżda b’logħba inqas minnhom. Anke b’rebħa kontra l-Maċedonja ta’ Fuq, l-Azzurri x’aktarx iridu jevitaw it-telfa kontra l-Ukrajna fl-aħħar logħba tagħhom tal-grupp jekk iridu jikkwalifikaw awtomatikament.
L-iskwadra kollhata’ Spalletti hija:
Goalkeepers: Gianluigi Donnarumma (Paris SG), Alex Meret (Napoli), Ivan Provedel (Lazio), Guglielmo Vicario (Tottenham).
Difensuri: Francesco Acerbi, Alessandro Bastoni, Federico Dimarco (Inter), Alessandro Buongiorno (Torino), Davide Calabria, Matteo Darmian (Milan), Andrea Cambiaso, Federico Gatti (Juventus), Giovanni Di Lorenzo (Napoli), Rafael Toloi (Atalanta).
Midfielders: Nicolo Barella, Davide Frattesi (Inter), Giacomo Bonaventura (Fiorentina), Andrea Colpani (Monza), Bryan Cristante (Roma), Jorginho (Arsenal), Manuel Locatelli (Juventus).
Attakkanti: Domenico Berardi (Sassuolo), Federico Chiesa, Moise Kean (Juventus), Stephan El-Shaarawy (Roma), Matteo Politano, Giacomo Rasadori (Napoli), Gianluca Scamacca (Atalanta), Nicolo Zaniolo (Aston Villa).