Friday, September 6, 2024

Luka Modric jħoss in-nuqqas ta’ plejers passati ta’ Real Madrid

Aqra wkoll

F’intervista li ta ma’ rivista sportiva Spanjola, il-plejer veteran ta’ nofs il-grawnd Luka Modric żvela kemm qed iħoss in-nuqqas ta’ diversi plejers passati li telqu lil Real Madrid f’dawn l-aħħar xhur.

“Qed nara li issa kbirt u li jien biss bqajt mill-plejers antiki ta’ Real Madrid. Inħoss in-nuqqas ta’ plejers prestiġġjużi fosthom Sergio Ramos, Marcelo, Cristiano Ronaldo u Karim Benzema. Iż-żmien jgħaddi minn fuq kulħadd u ma jistenna ‘l ħadd.”

Modric qal li xorta għad għandu l-motivazzjoni jilgħab għal Merengues għalkemm dan l-aħħar il-kowċ Carlo Ancelotti mhux qed jibdih mill-bidu.

Ekonomija

Sport