Saturday, September 7, 2024

Luka Modric mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Real Madrid, Luka Modric, mistenni jiffirma kuntratt ġdid mal-Los Blancos. Il-player internazzjonali tal-Kroazja jibqa’ player ewlieni għaċ-champions tal-La Liga fl-età ta’ 35 sena, għalkemm il-ftehim attwali tiegħu jispiċċa fi żmien sitt xhur. Modric minn dakinhar kien marbut ħafna ma’ ritorn mal-ex club Tottenham Hotspur, fejn kien se jingħaqad mal-ex manager tal-Blancos Jose Mourinho għal darb’oħra. Madankollu, jidher li issa Modric jinsab lest li jikkommetti l-futur tiegħu ma’ Real Madrid sas-sajf tal-2022, sa liema żmien se jkollu 36 sena.

Il-midfielder qabel insista li jinsab kuntent fil-Bernabeu u jixtieq itemm il-karriera tiegħu fil-kapitali Spanjola, fejn rebaħ żewġ titli tal-La Liga u erba’ edizzjonijiet taċ-Champions League sa minn meta ngħaqad magħhom fl-2012.

Modric diġà lagħab 20 partita fil-kompetizzjonijiet kollha għall-club immexxi minn Zinedine Zidane f’dan l-istaġun, skorja tliet goals u provda assist.

Ekonomija

Sport