Monday, May 13, 2024

Luton Town minn non-league għall-Premier League f’disa’ snin

Aqra wkoll

Ma tistax tissejjeħ mod ieħor ħlief mixja tal-ħolm għal Luton Town meta fi spazju ta’ disa’ snin telgħu minn team non-league sal-Premier League wara li quddiem kważi 86,000 spettatur f’Wembley Stadium għelbu lil Coventry City 6-5 bil-penalties wara li l-logħba ntemmet fi draw ta’ 1-1 anke wara li ngħata l-ħin barrani.

Il-mixja tal-Hatters, li kienu ilhom neqsin mill-ogħla livell għal 31 sena, bdiet fl-2014 meta ġew promossi f’League Two u wara ħames snin rebħu l-promozzjoni f’League One fl-2018. Imbagħad ġew promossi fiċ-Championship fl-2019 u finalment nhar is-Sibt li għadda temmew il-mixja tal-ħolm billi kisbu l-promozzjoni fil-Premier League għall-ewwel darba.

Fir-ritratt jidhru l-players ta’ Luton jiċċelebraw il-promozzjoni

Sport