Monday, May 6, 2024

Inter jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Inter ikkwalifikaw għall-UEFA Champions League meta f’darhom għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 3-2. Min-naħa l-oħra, b’din it-telfa, il-Bergamaschi huma eliminati għal kollox milli jiksbu r-raba’ post. 

In-Nerazzurri ma setgħux kellhom bidu aħjar hekk kif fl-ewwel tliet minuti huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Romelu Lukaku, wara biss 44 sekondi, u Nicolo Barella fit-tielet minuta. 

Mario Pasalic (36) reġa’ daħħal lil Atalanta fil-logħba iżda s-solitu Lautaro Martinez (77) issiġilla r-rebħa għall-finalisti tal-UEFA Champions League hekk kif fl-10 ta’ Ġunju se jiltaqgħu kontra Manchester City. 

Sport