Wednesday, April 24, 2024

Serie A: Fiorentina jdawru telfa f’rebħa fl-aħħar ħinijiet

Aqra wkoll

Fiorentina sellmu lill-partitarji fuq nota pożittiva meta f’darhom dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 2-1. 

Kien Stephan El Shaa­rawy (11) li fetaħ l-iskor għall-Giallorossi iżda Luka Jovic (85) u Jonathan Ikone (88) taw lir-rebħa lil Viola li nhar l-Erbgħa se jilagħbu l-finali tal-UEFA Conference League kontra West Ham.

Salernitana v Udinese – Salernitana għelbu lil Udi­nese bl-iskor ta’ 3-2 b’goals minn Grigoris Kastanos (43), Antonio Candreva (57) u William Ekong (93) wara li Marvin Zeegelaar (25) u Ilija Nestorovski (30) taw vantaġġ lil Udinese.

Spezia v Torino – Barra minn darhom Torino għelbu lil Spezia bl-iskor ta’ 4-0 bil-protagonisti jkunu Przemyslaw Wisniewski (24 og), Samuele Ricci (72), Ivan Ilic (76) u Yann Karamoh (92). 

Sampdoria v Sassuolo – Sampdoria u Sassuolo spiċ­ċaw fi draw ta’ 2-2. Il-goals ta’ Sampdoria waslu minn Manolo Gab­bia­dini (8) u Martin Erlic (78 og) filwaqt li Domenico Berardi (9) u Matheus Henrique (11) wieġbu għall-viżitaturi.  

Sport