Thursday, October 17, 2024

Lyon bejn Fabio Grosso u Gennaro Gattuso?

Aqra wkoll

Olympique Lyon qed ifittxu kowċ ġdid wara li Laurent Blanc tneħħa mill-kariga spejalment wara l-aħħar riżultati negattivi li kiseb il-klabb minn Ligue 1.

Jidher li d-diriġenti Franċiżi se jmorru fis-suq Taljan sabiex jieħdu kowċ li bħalissa jinsab bla klabb u hemm għażla bejn tnejn min-nies u dawn huma Gennaro Gattuso u Fabio Grosso.

Gattuso ilu wieqaf għal dawn l-aħħar xhur wara l-esperjenza mhux daqstant pożittiva ma’ Valencia filwaqt li Grosso kien parti mit-tmexxija ta’ Frosinone fis-serie B. Fl-istess waqt hu jaf sew l-ambjent Franċiż minħabba li lagħab ma’ Lyon bejn l-2007 u l-2009.

Sport