Sunday, December 22, 2024

“Ma dawn in-nies se noqogħdu nitqammlu?”

Isostni li l-proposta tal-PN għall-korpi dixxiplinati hija aħjar minn dik implimentata mill-PL

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu d-Deputat u kelliem għall-Intern f’isem il-Partit Nazzjonalista Joe Giglio qal li jeħtieġ li noqogħdu attenti ħafna li dak li provajna niggwadanjaw biex naraw kif nistgħu ngħinu persuni li jabbużaw mid-droga, ma nkunux qegħdin indaħħlu mezzi leġiżlattivi li jmorru kontra l-ispirtu tat-tibdiliet oriġinali.

Huwa nnota xi nuqqasijiet fl-abbozz bħalma huma li ma jissemma’ mkien dwar kif ir-reġistratur tat-tribunal se jkun qiegħed jifhem u jassigura li jeżistu salvagwardji meta jiġi biex jipproċessa ċertu talbiet jew diskrezzjoni f’idejn ir-reġistratur tat-tribunal jew persuna oħra li tagħti aċċess għal dan ir-reġistru li għandu xi diskrezzjoni li jirrifjuta li jagħti tali informazzjoni fost affarijiet oħra.

Giglio qabel li huwa tajjeb li jingħata l-aċċess għal din l-informazzjoni lill-Pulizija u lill-Forzi Armati ta’ Malta biex wieħed ikun jaf li l-persuni li jkunu deħlin f’dawn il-korpi dixxiplinati jkun hawn ċertu salvagwardji biex tassigura li l-persuni magħżula fil-verità mhumiex persuni li jistgħu joħolqu problemi. 

Giglio rrefera għad-domanda tiegħu lill-Ministru Byron Camilleri dwar jekk dawk fil-korpi dixxiplinati għandhomx jingħataw il-pensjoni sħiħa wara li jkunu taw il-25 sena servizz, anke jekk jibqgħu fil-korp u qal li t-tweġiba tal-Ministru kienet li din kienet proposta fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista u mhux f’dak tal-Partit Laburista.

“M’iniex qiegħed ngħid li l-proposta li jieħdu 23% żieda wara erba’ snin mhijiex tajba, jew li m’għandhiex issir, jew li m’għandniex nieħdu ħsieb lir-romol. Hija proposta tajba imma huwa evidenti li l-proposta li jieħdu l-pensjoni sħiħa mill-ewwel hija bil-bosta aħjar u għandna naħdmu biex nimplimentawha”, kompla Giglio filwaqt li saħaq li ma nistgħux nkomplu nitqammlu fid-dawl tad-diffikultajiet kbar fejn il-pajjiż mhux jattira biżżejjed persuni lejn dawn l-irwoli.

“U ma nkomplux nitqammlu ma dawn in-nies. Nonfqu tant flus f’affarijiet li forsi narawhom mhux daqstant bżonjużi, ma dawn il-ħaddiema se noqogħdu lura?”, tenna Giglio.

Ekonomija

Sport