Rachel Mackay ilha trabbi lit-tifla weħidha għal dawn l-aħħar tmien xhur hekk kif żewġha ma ngħatax permess biex jidħol fir-Renju Unit. Rapport fil-midja Ingliża qalu li mill-inqas l-awtoritajiet irrifjuta l-visa ta’ żewġha 3 darbiet.
L-omm ta’ 29 sena iltaqgħet ma’ żewġha Kieyaamudien sentejn ilu waqt vaganza li kienet qiegħda tagħmel fit-Turkija. Hija kienet iżżewġet lil Kieyaamudien u ħarġet tqila fejn welldet tarbija f’Manchester tmien xhur ilu.
Għalkemm Mackay qiegħda tgħix mal-familja tagħha fir-Renju Unit u anke miżżewġa xorta waħda l-awtoritajiet għadhom qegħdin jirrifjuta li żewġha li hu mill-Afrika t’Isfel li jidħol fil-pajjiż.
Skont l-Awtoritajiet, mhux qegħdin joħorġu l-visa lil Kieyaamudien għax mhux konvinti li jitlaq mir-Renju Unit qabel ma tiskadilu l-visa.
Punt ieħor li tqajjem kien li Rachel ma tistax titlob li żewġha jidħol fir-Renju Unit minħabba li taqla inqas minn £29,000 fis-sena.
L-omm qalet li ma tistax titlaq mir-Renju Unit minħabba li għanda żewġt itfal oħra minn relazzjoni li kellha qabel. S’issa l-koppja diġà nafqu £7,000 fuq applikazzjonijiet ta’ visa li dejjem jiġu rrifjutati.




