Friday, December 27, 2024

“Ma kontx ċert jekk hux qiegħed nisma’ sew dak il-ħin”

- Kummenti mir-rebbieħ ta’ Mister Supranational Malta 2023

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ma stajtx nemmen li kien veru. Ħassejtni eċitat, bla kliem u mimli emozzjonijiet. Meta tipparteċipa f’kompetizzjoni u taħdem ħafna għal trofew, ovvjament hemm il-possibbiltà li tirbaħ. Is-Sibt filgħaxija kelli ħafna emozzjonijiet imħallta, minħabba li għajjtuli l-aħħar wieħed mal-ewwel ħamsa, imbagħad sejjħuli li kont irbaħt it-titlu bħala Mister Supranational Malta 2023.

Dan kien l-kumment li tana Ruben Pulido, ir-rebbieħ ta’ Mister Supranational Malta għal din is-sena. Huwa qal li oriġinarjament kien ikkuntajat mill-organizzazzjoni u li din talbitnu sabiex jieħu nieħu sehem f’Mister Supranational Malta ta’ din is-sena. Wara diversi konsultazzjonijiet u laqgħat, Pulido qal li aċċetta li jidħol għal din l-isfida. 

Ruben qal; “Diġà kont naf li dan huwa pageant kbir tal-irġiel f’Malta u madwar id-Dinja, għalhekk ladarba ltqajna, tawni aktar dettalji u rajt li jien kapaċi nieħu sehem f’dan il-mument uniku li jiġri darba biss fil-ħajja. Għal bidu domt intella’ u nniżżel naqa mhux ħażin. Imbagħad iddeċidejt li se nidħol għaliha biex isservini ta’ opportunità kbira biex nisfida lili nnifsi”

Meta mistoqsi min kienu dawk li tawh għajnuna f’dan il-konkors, huwa qal li jixtieq jirringrazzja lil organizzazzjoni ta’ Miss and Mister Supranational Malta, lil familja tiegħu li tatu ħafna appoġġ, lil sħabu u lil kull min tah għajnuna, speċjalment lill-isponsors tiegħu li jgħenuh ħafna speċjalment fl-ilbies għall-kompetizzjoni.

Temm jgħid li filwaqt li se jieħu pawża ta’ mistrieħ, flimkien mal-organizzazzjoni ta’ Miss and Mister Supranational se jibdew jippreparaw lejn il-Polonja. Fisser li għalhekk għandhom ftit aktar minn 8 xhur ta’ preparamenti u li  se jagħmel l-almu tiegħu u saħansitra aktar biex jġib it-titlu ta’ Mister Supranational 2024.

Ekonomija

Sport