Wednesday, March 27, 2024

“Ma nafx kif irnexxieli nibqa’ l-coach tal-Italja”

Roberto Mancini

Aqra wkoll

Il-coach tat-team nazzjonali Taljan Roberto Mancini stqarr li ma jafx kif irnexxielu jibqa’ f’din il-kariga wara l-eliminazzjoni xokkanti mit-Tazza tad-Dinja 2022 li se ssir fil-Qatar.

“Wara t-telfa f’darna kontra l-Maċedonja ħassejtni qisu waqa’ s-saqaf fuqi. Iddispjaċini ħafna għas-sagrifiċċji li għamlu dawn il-players tul dawn ix-xhur.”

“Madankollu ddeċidejt li nibqa’ sabiex il-proġett li qbadt mat-tim nazzjonali Taljan ikompli.”

Mancini temm jgħid li kien kuntent li rebaħ il-grupp tiegħu fil-UEFA Nations League u sa ċertu punt hu konsolazzjoni għal dak li ġara ftit xhur qabel. 

Ekonomija

Sport