Sunday, April 14, 2024

Roma se jieħdu sehem fil-EuroJapan Cup

Aqra wkoll

Roma se jmorru l-Ġappun waqt il-waqfa tat-Tazza tad-Dinja biex jikkompetu fit-tieni edizzjoni tal-EuroJapan Cup.

Il-Giallorossi se jmorru l-Asja fit-22 ta’ Novembru biex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni ta’ ħbiberija u l-ewwel logħba tagħhom se tkun kontra Nagoya Grampus fit-Toyota Stadium fil-25 ta’ Novembru. Tlett ijiem wara, it-team ta’ Jose Mourinho se jiltaqa’ kontra Yokohama F. Marinos fl-Istadium Nazzjonali tal-Ġappun.

Mourinho esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-parteċipazzjoni ta’ Roma fl-EuroJapan Cup, filwaqt li ħares lura lejn uħud mill-memorji sbieħ tiegħu fil-Ġappun.

“Ninsab kuntent li se nieħu lill-players tiegħi l-Ġappun f’Novembru li ġej biex nieħdu sehem fl-EuroJapan Cup … u ninsab ħerqan li nilgħab kontra Nagoya Grampus u Yokohama F. Marinos, tnejn mill-aqwa u l-aktar timijiet rinomati fil-J League.

“Għandi memorji sbieħ ħafna taż-żjarat preċedenti tiegħi fil-Ġappun u naf kemm il-partitarji hemmhekk iħobbu l-ootball. ​​Għaldaqstant ninsab eċċitat ħafna li jkolli l-opportunità li nżur dan il-pajjiż.”

Roma se jirritornaw fil-Ġappun għall-ewwel darba fi 18-il sena, meta żaru l-pajjiż waqt tour ta’ qabel l-istaġun fl-2004. Dak in-nhar il-Giallorossi spiċċaw fi draw 0-0 kontra FC Tokyo.

Din hija t-tieni edizzjoni tal-EuroJapan Cup – l-ewwel saret fl-2019 u ntrebħet minn Manchester City, li għelbu lil Yokohama F. Marinos 3-1.

Ekonomija

Sport