Wednesday, April 24, 2024

“Ma naqblux li l-UE titratta l-Covid-19 bħala influwenza staġjonali” – Sorsi mediċi

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Donnu li qed jinbdew movimenti u dan anke fl-Unjoni Ewropea biex il-virus tal-Covid-19 ma jibqax jiġi trrattat kif inhu fil-preżent imma jibda jitqies bħala li hu bħal ‘influwenza staġjonali’.  Qed jinbdew movimenti anke madwar l-Ewropa li qed jitkellmu fuq il-fatt li qed ikun hemm tnaqqis drastiku fl-imwiet mill-Covid-19. Qed jissemma b’mod ċar ħafna li l-imwiet naqsu sew u llum jimmarkaw biss madwar 1 fil-mija. Jidher li hemm pjani li huma fuq livell avvanzat, fejn dawn jidher li se jkunu ppreżentati lill-Unjoni Ewropea bil-għan li l-Covid-19 jibqa’ jitqies bħala ‘infuwenza staġjonali’ u dan għax kollox qed jipponta lejn il-fatt li l-virus riesaq lejn il-punt li jkun endemiku. Dan qed ikun diskuss fost għadd ta’ sorsi mediċini, hekk kif jidher li hu l-Gvern Spanjol li se jkun qed jipprova jimbotta lill-Unjoni Ewropea f’din id-direzzjoni. Waqt li nifhmu li l-Covid-19 qed inaqqas mis-saħħa tiegħu u dan grazzi għat-tilqim, fejn it-tama hi li matul din is-sena neħilsu minnu, ma naqblux li fil-mument tibda xi tip ta’ diskussjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea biex dan il-virus jitqies bħala influwenza staġjonali. Nemmnu li jekk isir hekk inkunu qed nagħtu messaġġ ħażin lin-nies.  Nifhmu ukoll li l-ekonomiji ta’ ċerti pajjiżi ma jifilħux għal restrizzjoni oħra għat-tul, imma żgur li ma nistgħux naqblu li dan il-virus jitqies bħala infuwenza staġjonali”.

Dan sostnewh ma’ Talk.mt sorsi mediċi li tkellmu magħna u li infurmawna li hu mistenni li diskussjonijiet simili isiru fuq livell Ewropew fi żmien qasir. 

L-istess sorsi meta mistoqsijin dwar liema huma dawk il-pajjiżi li huma favur pjani simili, qalulna li “dak li nistgħu ngħidu hu li jidher li hemm diversi Ministri tas-Saħħa f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li huma konxji ta’ dawn il-pjani. Nemmnu li fil-mument, mhux iż-żmien opportun li jsiru diskussjonijiet simili u li l-virus jitqies bħala influwenza staġjonali. Biżżejjed naraw kif qed jintlaqtu ċerti pajjiżi Ewropej bħar-Rumanija u anke ir-Renju Unit. Li nistgħu ngħidu f’dan il-mument hu li dawn il-pjani qed isiru minn Spanja u se jkunu imbuttati minn dan il-pajjiż.  Nemmu li għandu jkun hemm bilanċ bejn saħħa u ekonomija, imma dan il-bilanċ m’għandux ikun li nabbandunaw il-ġlieda kontra dan il-virus, li ta’ kuljum għadna nisimgħu bil-vittmi tiegħu.”

L-istess sorsi qalulna li fost għadd ta’ tobba u pjattaformi mediċini id-diskussjoni fl-aħħar jiem kienet dwar pjani li qed jitħejjew mill-Gven Spanjol, biex il-Covid jitqies bħala ‘influwenza staġjonali”. L-istess sorsi qalulna li prattikament dawn il-pjani ifissru  li ma tibqax titħaddem sistema ta’ sorveljanza u monitoraġġ dettaljat ta’ infezzjonijiet imma minflok wieħed jibda jara kif qed jinfirxu l-infezzjonijiet.  Il-Gvern Spanjol fl-aħħar sigħat ikkonferma dawn il-pjani. Hu kkonferma ukoll li Spanja trid tiftaħ dan id-dibattitu fuq livell Ewropew. Il-Gvern Spanjol jidher li qed jargumenta li mir-riċerka xjentifika li għandu jidher li x-xenarju futur hu dak li l-virus isir wieħed endemiku simili għall-infwuenza.

L-istess sorsi qalulna li “ma naqblux l-anqas li ma jibqgħux jingħataw l-ammont ta’ każi li jinstabu. Veru li dan joħloq ċertu allarm jekk ikun hemm ammont kbar imma bihom in-nies qed ikunu infurmati. Bis-saħħa ta’ dawk in-numri hemm min qed jagħmel għażliet f’ħajtu ta’ kif se jaġixxi. Hemm min b’numri għoljin jagħżel li jibqa’ ġewwa u li jnaqqas il-ħruġ. Jekk ħadd ma jkun jaf x’inhi x’sitwazzjoni fi-pajjiż, kif se tasal biex tieħu deċiżjonijiet infurmati. Nemmnu li fil-mument li ninsabu fih, hemm bżonn kawtela, sakemm dan il-mument ta’ tixrid ta’ virus, jonqos”.

Sport