Monday, May 20, 2024

“Ma nħallux lil min ifixkilna… dan il-pajjiż ma jaffordjax li jerġa’ jkollu gvern Nazzjonalista”

Aqra wkoll

“Il-Partit Laburista huwa gvern progressiv u jġib il-ġid u jibqa’ jagħmel dak kollu bżonnjuż għal kulħadd. Ma nħallux lil min ifixkilna… ejja ma nagħtux lanqas farka ċans lill-PN li jidħlu u jmexxu l-pajjiż. Dan il-pajjiż ma jaffodjax li jerġa’ jkollu gvern Nazzjonalista.”

Hekk qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fl-intervent tiegħu waqt il-maratona ġbir ta’ fondi li qed tittella’ bħalissa mill-Partit Laburista.

“Ilbieraħ il-Kap tal-PN, fil-corner meeting li kellu, għoġbu jgħid li jien għamilt diżastru fit-tmexxija tal-pandemija. Imma ftit sigħat wara, il-Viċi President tal-KE talab lil Malta biex ittih ‘memo’ ħalli jqassmu lill-pajjiżi l-oħra tal-UE ta’ kif aħna rnexxielna nagħmlu dan is-suċċeses fit-tmexxija tal-pandemija,” qal Fearne filwaqt li rrikonoxxa n-negattività tal-Oppożizzjoni li fi kliemu trid terġa’ tiħodha għaż-żmien ta’ Lawrence Gonzi u ta’ qablu.

Fearne rrikonoxxa l-fatt l matul dawn l-aħħar xhur din l-amministrazzjoni ħadmet bħala tim kbir u dan huwa mertu tas-suċċess fil-pandemija. Irrikonoxxa wkoll il-fatt li 91% tal-poplu kollu eliġibbli jinsab imlaqqam kontra l-Covid-19. 

Qal ukoll li ma teżistix il-Covid-19 biss u semma’ l-ħidma fis-servizzi tas-saħħa u l-ħidma wkoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-kura tal-kanċer. Mill-ġdid fakkar li minn hawn u ftit ġranet oħra se tinfetaħ għall-ewwel darba berġa ġewwa l-Belt Valletta. Semma wkoll li minkejja li l-pandemija kissret l-ekonomija ta’ diversi pajjiżi madwar id-dinja, pajjiżna se jkollu baġit tajjeb u apparti minn hekk hemm diversi proġetti ppjanati.

Sport