Monday, May 13, 2024

Passiġġiera tindarab gravi wara li l-karozza ħabtet ma’ bollard

Aqra wkoll

Mara ta’ 76 sena residenti Ħal Luqa sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ illum għall-ħabta tas-1.00p.m. fi Triq il-Ġdida, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 78 sena residenti Ħal Luqa tilef il-kontroll ta’ Toyota Passo u ħabat ma’ bollard. Fil-vettura kien hemm il-mara ta’ 76 sena.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport