Saturday, December 28, 2024

“Ma stajtx ma naqsamx dan il-premju ma’ l-iktar persuna ghal qalbi… Ommi”

Jerbaħ €1,000 għal 100 clean up u jagħtihom donazzjoni biex jinxtraw siġar għal Ħaż-Żebbuġ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ma stajtx ma naqsamx dan il-premju ma’ l-iktar persuna ghal qalbi… Ommi”. Iddikjara dan Eman Azzopardi, rebbieħ tas-‘Citizen Award’ waqt il-Malta Waste Reduction Awards organizzata minn Waste Serv Malta.

Azzopardi huwa ż-Żebbuġi li għal dawn l-aħħar 100 Ġimgħa kien qiegħed jorganizza minn jeddu clean up f’żoni rurali.

“Grazzi lil kull min ingħaqad miegħi xi darba jew oħra matul din l-inizjattiva”

Eman Azzopardi

Matul din l-inizjattiva huwa rnexxielu jiġbor 400 borża ta’ skart mormi illegalment barra fejn fost l-aktar riċenti qal li l-Ġimgħa li għaddiet ġabar borża sħiħa, żewġ tajers u safety shoes minn Wied Qirda.

Minbarra t-trofew huwa ngħata wkoll ċekk ta’ €1,000 li se jkun qed jgħaddi lis-Sindku Mark Camilleri u lill-Kunsillier Indipendenti Steve Zammit Lupi biex jinxtraw u jitħawlu xi sigar f’Ħaż-Żebbuġ.

Ekonomija

Sport